Lotterija GreenPak

Lotterija GreenPak...suċċess!uk

Il-lotterija GreenPak, Tirbaħ int...jirbaħ l-ambjent, irreġistrat żieda ta' 3% fil-parteċipazzjoni tar-residenti fl-iskemi ta' separar tal-iskart preżenti fil-lokalitajiet ta' GreenPak. Il-Lotterija GreenPak, li issa ġiet fi tmiema, rebbħet €200 lil 24 resident li kienu qed jipparteċipaw f'din il-lotterija billi jiktbu n-numru tat-telefon tagħhom fuq l-iskart riċiklabbli.

Dawn il-premjijiet bdew jitqassmu f'Ottubru 2011 lil dawk li kienu qed jagħmlu użu kemm il-bring-in-sites tal-GreenPak kif ukoll is-sistema tal-borża l-ħadra/griża.

Ir-rebbieħa kienu minn diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex u kienu jinkludu lil H'Attard, Hal Balzan, Birżebbuġa, il-Fgura, il-Floriana, il-Kalkara, Hal Luqa, il-Marsa, l-Imqabba, Raħal Gdid, Pembroke, Hal Safi, Ta' Sannat, Hal Tarxien, il-Qrendi, il-Birgu, ix-Xewkija, Haż Żebbuġ u ż-Żurrieq.

L-uffiċjal edukattiv ta' GreenPak Kurt Scerri qal: "Il-Lotterija GreenPak għenet sabiex tinkuraġġixxi aktar nies jibdew jisseparaw l-iskart tagħhom.

U kif jimplika l-isem tal-lotterija "Tirbah int...jirbah l-Ambjent" kulħadd huwa rebbieħ f'din il-Lotterija. Dan huwa l-mudel li noperaw bih bħala GreenPak, fejn flimkien ma' kampanji estensivi ta' edukazzjoni nippremjaw ukoll lil dawk li dejjem jirriċiklaw l-iskart tagħhom"

Dawn kienu ir-rebbieħa kollha tal-Lotterija GreenPak: Rebbieha

Meta tirriċikla mal-GreenPak, tirbaħ int…u jirbaħ l-ambjent!

Kun af fejn hemm servizzi ghalik

DPL 42/2011